Tgħid Malta għad issir bi klima tad-deżert?
Veru li kellna maltempata bis-silġ ftit jiem ilu imma ejjew inkunu onesti, din mhix xitwa? Tisma’ ħafna jgħajtu “x’kesħa!” mentri mhix il-kesħa tas-soltu meta t-temperatura massima fix-Xitwa anke qed tlaħħaq id-19 -il grad celsius.
Sħana f’Jannar, xita f’Lulju … it-temp tħawwad. Hemm min jgħidlek li dawn l-episodji ġieli seħħew qabel u n-nies jinsew. Veru. Imma mhux b’konsistenza daqs illum!
It-tibdil fil-klima hija kwistjoni allarmanti iżda li kien hemm saħansitra Presidenti; bħal Donald Trump li kien qal li mhix veru. Imma dan qed nesperjenzawh u kif.
L-emissjonijiet li joħorġu mid-dinja fl-atmosfera qed toħloq kjas fis-sistema li kapaċi jkollha konsegwenza fatali.
Ta’ kull sena ssir dik li għandha l-isem ta’ COP (conference of the parties) bil-għan li l-mexxja tad-dinja jiltaqgħu u jaraw kif se jaderixxu biex inaqqsu l-ħsara li qed issir. Bosta jkunu l-kummenti negattivi li għal dan l-avveniment jintefqu balal ta’ liri, liema flus setgħu jiġu użati biex verament tkun indirizzata l-problema.
F’Malta wkoll naraw effetti kbar tat-tibdil tal-klima. Irridu nkunu aħna stess li ngħinu b’modi differenti fosthom billi nieħdu ħsieb iżjed l-ambjent, innaqsu l-bini, narmu inqas, nisseparaw l-iskart u nevitaw li ndaħħnu bi dħaħen tossiċi.