Tħossok ħażin li ma tmurx tara n-nanniet spiss? Kollha skużi!
Jekk veru tħossok ħażin, taqbad u tmur. Is-santa paċenzja, ara kieku tgħidlek ejja ħa ntik xi ħaġa tal-flus tmur le?
Ejja ma nsirux patetiċi u ma mmorrux naraw l-għeżież tagħna bl-iskuża li aħna busy. Kulħadd impenjat imma kwarta ħdejn l-għeżież tiegħek, isservik ukoll ta’ mistrieħ u terapija.
M’hemmx għalfejn tmur kuljum … imma billi żżurhom darbtejn f’ġimgħa se taqa’ d-dinja?
Nieqfu hemm. F’idejkom. Tinsewx, għada pitgħada kif tagħmlu se jagħmlulkom … għax il-ħajja ċiklu. Illum huma l-anzjani, għada jekk jisilfek l-għomor Alla, tkunu intom.