Tieħdu gost titqanqlu bil-messaġġi?

Hmmm x’gost! Imma mbagħad messaġġi biss? paroli si fatti no??? Tkun trid l-azzjoni mhux hekk? billi titqanqal bil-messaġġi fuq whatsapp biss? Tiskanta kemm hawn min jeċita ruħu għal dak li jsejħulu sexting. Jgħidulek biżżejjed għalihom daqs li kieku ħadu waħda.
Il-kelma sexting hija kumbinazzjoni ta’ sess u messaġġi bil-mobile. Spiss tinvolvi kliem doppju u sesswali anke qawwi, tant li jintbagħtu ritratti jew vidjos espliċiti.
Diment li hemm kunsens bejn iż-żewġ naħat tgħaddi. Attenti jekk tkun qed tipprova tistgħad għal xi ħadd u hu jew hi ma jridux, għax kapaċi ssib ruħek mikxuf fil-pubbliku.
Ajma x’textix mbagħad!