Tiffanfra b xogħolok?
Huwa normali li tkun kburi bix-xogħol li tkun qed tagħmel. U hekk għandu jkun. Ix-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem. Fuq il-post tax-xogħol inqattgħu ħafna mill-ħin ta’ ħajjitna fil-ġimgħa u huwa importanti li tkun kuntent u sodisfatt.
Imma jkunu ħelwin dawk in-nies li waqt l-andament tal-ħajja jitfgħu fin fin: “Jien taf fejn naħdem? Jien naħdem ma’ ċikku jew peppa ta!”
Jgħiduh b’sens ta’ urgolju. Ma hemm xejn ħażin. Jaf però jkunu qed jgħiduh biex juru li huma ta’ ċertu stoffa u bi kliemhom, ikunu qed jagħmlu statement. Ikunu forsi wkoll iridu juru li huma mhux kwalunkwe.
Forsi jkollhom intenzjoni li jitolbu rispett lura jew forsi iżjed?
x’taħsbu fuqha din?