Tiftakruhom il-Flintstones? Yabba Dabba Doo
Min għandu ċerta età żgur li jiftakaha s-sigla u dik l-għajta famuża yabba dabba doo.
Fred u Wilma Flintstone kien jgħixu f’ Cobblestone Lane f’belt pre-istorika ta’ żmien il-ġebel imsejħa Bedrock, viċin l-aqwa ħbieb tagħhom, Barney u Betty Rubble.
Kemm il-Flintstones kif ukoll ir-Rubbles fl-aħħar kellhom it-tfal. Kellhom lit-tfila Pebbles fil-każ tal-Flintstones, u t-tifel adottat; Bamm-Bamm għall-koppja Rubbles.
The Flintstones (oriġinarjament il-familja kellha tissejjaħ il-Flagstones) kienet l-ewwel serje animata li saret bħala kummiedja ta’ nofs siegħa li tidher kull ġimgħa għal Prime Time TV.
Għall-bidu kien meqjus bħala diżastru u mhux ta’ suċċess iżda meta qabad, l-ispettaklu televiżiv ingħata Golden Globe u, sat-tieni staġun, kien sar essenzjali li jkun parti mill-iskeda viżiva tat-Televiżjoni Amerikan.
Flintstones, meet the Flintstones
They’re the modern stone-age family
From the town of Bedrock
They’re a page right out of history
Let’s ride with the family down the street
Through the courtesy of Fred’s two feet
When you’re with the Flintstones
Have a yabba-dabba-doo time
A dabba-doo time
You’ll have a gay old time