Tippreferi ż-żaqq ħa tħoss il-laħam … jew is-six pack?
Gosti. Issib irġiel li erħilhom jippużaw żaqqhom barra ħalli juru s-six pack sbieħ u ffurmati u jistiednu lil dawk li jaraw biex jixxenqu.
Imma ssib ukoll irġiel li jgħidulek li huma kuntenti b’naqra żaqq u li jgħabbu iżjed biha.
Inti xi tħobb? Iż-żaqq jew is-six pack?
L-abs huma marbuta mal-attrazzjoni sesswali, saħħa fiżika u eżerċizzju spiss. Ħafna nisa u anke rġiel stess, jidher li jattiraw ruħhom minnhom.
Imma hemm faxxa ta’ nies, li jgħidulek li l-abs jarawhom wisq eżatt u jkunu jridu dik in-naqra żaqq xi jħossu tpaħpaħ magħhom.
Hawn ukoll nisa li jkollhom l-abs u rġiel li jattiraw ruħhom speċifikament għal dawn it-tip. Imma hemm rġiel li jgħidulek li mara jriduha iżjed naturali u mhux kollox spjegat (għall-abs qed ngħidu)
Bħal dejjem għeżież, mitt bniedem, mitt fehma.