Tistennieh għeluq sninek?
Meta konna żgħar u kien ikun il-jum li fih twelidna, kienu jibagħtuna l-iskola b’tal-kulur (mhux bl-uniformi) u kienu jagħmlulna kejk biex inqassmuh ma’ sħabna tal-klassi.
Meta tibda tikber, tistenna t-18, ħa tixtri l-karozza. Qabel kien hemm iż-żmien ukoll li fih tingħata ċ-ċavetta tad-dar. Dan abbli nbidel mal-progress taż-żmien.
Meta tibda tikber aktar, tieħu gost li wasal għeluq sninek jew tieħu qatgħa għax qed tixjieħ?
Skont kif taraha. Tista’ tirringrazzja l’Alla li għadek ħaj u li silfek sena oħra. Kull jum huwa barka. Napprezzaw!