Tivvota għal dawk li jagħmlu kampanji kbar imma ma jkunu deheru qatt qabel?
Iżjed ma jgħaddi ż-żmien iżjed qed toqrob id-data ta’ elezzjonijiet oħra li wasalna għalihom; dawk tal-kunsilli lokali u dik tal-parlament Ewropew li se jsiru fl-istess jum fit-8 ta’ Ġunju 2024.
Hekk ukoll qed isir madwar l-Ewropa kollha.
Spiss nibdew, anzi, nikkoreġu ruħna, ġa bdejna u kif, naraw kampanji fuq facebook, posts sponserjati, ritratti man-nies, attivitajiet kbar, viżivilità fuq it-televixin u mitt elf ħaġa oħra biex il-kandidat juri xi jkun għamel, u x’beħsiebu jagħmel jekk jerġa’ jkun elett, jew jekk ikun elett għall-ewwel darba.
Hemm minnhom li jkunu veru ħadmu u qatgħu bi snienhom. Hemm oħrajn li jkunu tajbin ħafna għall-kampanji imma matul is-snin ta’ ħidma, qajla tkun rajthom fil-lokal.
Tgħid dawn li jgħajtu ħafna, jiġbdu iżjed voti? Il-pubbliku jgħaraf min veru jkun ħadem u baqa’ viċin?
Tagħmik kampanja qawwija?
Huwa importanti dejjem li tivvota. Meta ma tivvutax, ma tgħinx fil-bidliet li tkun trid iseħħu.