Tixtieq li wara mewtek minn ġismek issir kremazzjoni?
Dibatibbli u le fl-istess ħin, għax wara kollox, kulħadd għandu d-dritt ta’ x’jixtieq jew le.
Il-koppja Kate u Jeremy Muscat applikat għal dak li jissejjaħ: resomation centre fejn issir ‘water cremation’ (kremazzjoni bl-ilma).
F’din it-tip ta’ kremazzjoni, il-ġisem jitpoġġa ġo kontenitur bio degradabbli f’kontenitur tal-azzar li jimtela bl-ilma u soluzzjoni tal-alkaline. Imbagħad, dan jissaħħan fejn il-ġisem ikun ridott għall-komponimenti kemikali tiegħu. Wara biss 4 sigħat, jibqa’ biss l-għadam.
Jidher li din is-sistema tintuża barra minn xtutna u hija iktar tajba anke fir-rispett lejn l-ambjent.
Fuq Times of Malta intqal li ġaladarba toħroġ l-applikazzjoni, dan iċ-ċentru kapaċi jibda jopera fi żmien sentejn.
B’din is-sistema, il-proċess ta’ 20 sena f’dikompożizzjoni, naraw li jsir biss f’4 sigħat.
Il-Knisja Kattolika mhix kontra l-kremazzjoni bħala mezz biex wieħed jiddisponi mill-fdalijiet tiegħu wara mewtu. Hija biss kontra l-fatt li dan jista’ jkun hemm stanzi li l-kremazzjoni ssir biex persuna tiċħad aspetti fundamentali tal-fidi dwar il-ħajja ta’ dejjem. Mill-bqija, mhix kontra l-kremazzjoni.
Intom x’taħsbu fuq dan is-suġġett?