Tliet fatturi li jagħmlu l-impjegat kuntent fuq ix-xogħol. Taqbel?

 Tliet fatturi li jagħmlu l-impjegat kuntent fuq ix-xogħol. Taqbel?

Fuq il-post tax-xogħol inqattgħu l-maġġor parti tal-ħin f’ħajjitna. Huwa importanti li tkun kuntent f’xogħolok inkella tbati minn diversi aspetti.

Tliet fatturi li jagħmluk kuntent fuq il-post tax-xogħol huma:

  1. Li jkollok viżjoni bħala tim. Il-ħaddiema jieħdu gost u jħossuhom parti mill-proġetti. Id-diskussjoni dwar dak li ġej, il-futur u l-pjanijiet li hemm bżonn isiru, ipoġġu lil kulħadd fuq l-istess binarju u jinħoloq iżjed team work. Mingħajr viżjoni, il-ħaddiema jħossuhom mitlufin u li qed jagħżqu fl-ilma. Tant li jibdew iħossuhom bla direzzjoni.
  2. Għan. L-għan għaliex qed jaħdmu, jgħin fl-entużjażmu u fir-rieda li jkomplu jirsistu. Dak li bl-Ingliż ngħidulu goal. Qed naħdmu hekk biex naslu hemm. Tmur id f’id ma’ numru 1 li semmejna fuq.
  3. relazzjonijiet tajba. Li l-ħaddiema jkunu kuntenti u magħqudin flimkien, iwassal biex tinbena arja pożittiva. Jekk ikun hemm il-klikek jinħolqu l-piki u dan iwassal għal nuqqas ta’ xogħol u negattività tul il-ħidma.

Jekk inti l-boss, trid tara li l-istaff huwa kuntent. Billi tieqaf u titkellem mal-ħaddiema mqar għal 5 minuti kuljum jew inkella spissi, tgħin biex trabbi l-fiduċja. Jekk qatt ma jarawk u tinqata’ għalik waħdek fl-uffiċċju, tista’ tgħid li tkun tlift il-qaleb u l-ġbejna. Il-ħaddiema għandhom bżonn il-mexxej tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com