“U iva…” mhix risposta tajba
“U iva xi ħaġa hekk”, “U iva tgħaddi”, “U iva mhux xorta” …. le! Il-frażi u iva tagħti lok għal xi ħaġa mhux ċara, ċerta, eżatta.
Fil-verità tintuża ħafna fid-diskors imma tkun qed twassal messaġġ indeċiż.
Meta tgħid “u iva” tkun qed tagħti lok li xi ħaġa ssir anke jekk mhix tajba.
Issa aħsbu ftit intom f’liema kuntest tista’ tkun … jekk taħsbu sew, f’kull kuntest ma hemmx postha għaliex anke f’sempliċiment ikla “u iva” kapaċi tfisser titlef id-dieta, tiekol xi ħaġa li ma tgħoddx għalik, eċċ, eċċ