Veru li jekk int raġel qasir ikollok wieħed kbir?
Skont MEL Magazine intqal li jeżistu karrateristiċi anatomiċi li juru l-kobor tal-parti tar-raġel. U mhux l-id, kif ġieli jingħad. Fi studju li sar ma’ 33,000 raġel instab li t-tul jirrelata ħafna ma’ kemm ikun kbir il-manku tar-raġel. Dan ifisser li iżjed kemm tkun twil iżjed ikollhom wieħed twil.
Imma hemm ukoll l-idea li raġel qasir, kapaċi Alla jkun tah rigal fil-kobor hemm isfel. Dan huwa ċajt li spiss jingħad ukoll … min jaf, forsi għax hemm min hu hekk, ħeqq.
Teżisti wkoll l-idea li pala ta’ sieq alla jberikha, mela l-Bambin jaf x’wieħed għandek. U mitt elf storja oħra relatata.
Niċċajtaw u fl-istess ħin, qed inwasslulkom ħsibijiet li żgurrrrrr smajtuhom. Anke dawk li jgħidulna bla sens. Ikunu daħku xi daħka b’xi waħda minn dawn mal-ħbieb. Imma għax miktuba, niskandalizzaw.