Vibrators, imħabba u nejk

Kull kulur, kull daqs u għamla u ta’ kwalitajiet primi. Il-vibrators hawn ħafna min iħobbhom u jużahom; mhux nisa biss imma anke rġiel.
Issib minnhom jiċċarġjaw bid-dawl u oħrajn bil-batterija. Issib minnhom ukoll li jixgħelu. X’eċitament.
Bil-kurvaturi għall-partijiet differenti tal-ġisem, kbar u żgħar u mbagħad wara li taħsilhom, qis li tistivaħhom sew fil-kexxun ħalli ma jsibulekx it-tifel jew xi ħadd li ma tridx.
L-irġiel ukoll iħobbuhom il-vibrators. Hemm dawk li jeċitaw ruħhom li marthom tużaħhom, hemm min jeċita ruħu jara lil ħaddieħor jużaħhom u hemm min jużaħhom hu stess. U le mhux il-gays biss. Mhux billi noqogħdu nilagħbuha tad-dojoq u niskandalizzaw fil-kummenti. Jekk ma jgħoddx għalik, skrollja u ara xi ħaġa oħra.

Il-prezzijiet ivarjaw; issib irħas u hemm għola fil-prezz. Skont kemm lesti tonfqu.
Malli tmisshom jkunu jinħassu morbidi sew. Pleasure Malta jidher li għandhom kull tip t’għażla saħansitra l-vibrating bullet. Jekk idejquk il-ħsejjes tiegħu, hemm dawk li jagħmlu inqas ħoss. Agħżel li tixtieq.

Issibilhom ukoll logħba għall-koppji bl-isem ta’ Imħabba u Nejk. Din il-logħba magħmula minn Karti bil-Bajd u Willingness, psikologi u terapisti tar-relazzjonijiet u sess, sabiex isaħħaħ ir-relazzjoni u tipprovaw affarijiet aktar avventurużi. Il-Logħba tinkludi 4 Kategoriji ta’ karti, u damma; fejn tippruvaw sfidi differenti, mistoqsijiet profondi, attivitajiet flimkien, u mumenti ta onesta’.
