X’aċċessorji għandek taħseb għalihom jekk se ssiefer?

 X’aċċessorji għandek taħseb għalihom jekk se ssiefer?

Vjaġġi differenti jirrikjedu li wieħed jieħu miegħu oġġetti differenti. Madanakollu hemm diversi aċċessorji li jistgħu jagħmlulek ħajtek aktar faċli jekk toħodhom miegħek, speċjalment jekk sejjer x’imkien fejn qatt ma mort qabel. Ibda minn aċċessorji teknoloġiċi u kompli f’aċċessorji għall-bagalja tiegħek, li tkun attrezzat kapaċi jgħinek sabiex il-vjaġġ tiegħek ikun wieħed trankwill mingħajr ħafna problemi. Hawn taħt, aħna ta’ Stradarjali flimkien ma’ The Atrium, se nagħtu ħarsa lejn 10 prodotti essenzjali li nemmnu li jistgħu jgħinuk fil-vjaġġ li jmiss tiegħek.

Backpack

Li jkollok basket li jintlibes fuq wara tad-dahar (backpack) huwa essenzjali sabiex iġġorr dak kollu li jkollok bżonn waqt li tkun qed tesplora d-destinazzjoni tiegħek. Idealment tmur għal xi wieħed roll-up bħal dan li qed nurukom hawn taħt. Ir-raġuni hija li jekk tixtru xi affarijiet li forsi f’backpack normali ma jidħlux, dan il-basket jittawwal kif hemm bżonn. Apparti minn hekk huwa wkoll waterproof!

Toilet Bag

Meta tivvjaġġa, partikolarment jekk mhux se tmur toqgħod f’lukanda, għandek taħsiblu wkoll għal Toilet Bag. Dan it-tip ta’ basket ċkejken tista’ titfa’ fih prodotti bħal roll-on, shampoo, conditioner, shower gel, toothbrush u toothpaste għall-vjaġġ tiegħek. Hekk, ikollok kollox miġbur post wieħed, mingħajr il-bżonn li tqalleb bagalja sħiħa sabiex issib il-prodotti li għandek bżonn.

Travel Set

Intant, jekk għandek limitu fuq kemm tista’ ttella’ likwidi miegħek fuq l-ajruplan, allura għandek tara li tkun attrezzat bi travel set. Dawn ġeneralment jiġu f’diversi kumbinazzjonijiet, u jikkonsistu fi fliexken żgħar li fihom tista’ tferra l-prodotti tiegħek bħal shampoo, hair conditioner u sapun likwidu biex tinħasel.

Travel Mug

Jekk inti wieħed minn dawk li jqumu filgħodu u kważi kważi jqabbdu l-kafè bid-drip, mela jaf ikun tajjeb għalik li tinvesti fi Travel Mug. Dawn it-tip ta’ tazzi jiġu f’daqsijiet differenti għand The Atrium u jissodisfaw kemm lil dawk li jakkuntentaw ruħhom b’tazza waħda u anke dawk li mal-10 ta’ filgħodu jkunu kkunsmaw nofs flixkun trab tal-kafè.

Lunch Box

Jekk inti bħalna, taqgħalek żaqqek f’dawk is-sagħtejn li tagħmel tistenna l-ajruport…mela minflok tmur tonfoq ġidek qabel ma titla’ fuq l-ajruplan, investi f’lunch box u imliha b’xi biċċa ħobż għal miegħek. Li jkollok lunchbox miegħek fil-vjaġġ jgħin ukoll anke jekk tixtieq li tiffranka ftit mill-ispejjeż waqt is-safra jew inkella jekk bi ħsiebek tesplora partijiet tal-pajjiż li se żżur fejn mhux faċli ssib xi restorant fil-qrib. Għand The Atrium issib diversi lunch boxes ta’ kuluri u daqsijiet differenti.

Power Bank

Meta tkun barra minn Malta huwa normali li l-mobile tagħmel użu minnu aktar frekwenti, partikolarment sabiex tuża Google Maps u tiskopri kif tasal minn post għall-ieħor. Dawn it-tip ta’ apps, kif ukoll l-użu frekwenti tal-internet, jikkunsmaw ħafna mill-enerġija tal-mobile u għalhekk huwa importanti li tkun attrezzat b’power bank b’saħħitha sabiex malli l-batterija tibda tonqos, tkun tista’ tiċċarġjaha mingħajr bżonn ta’ plakka.

Hairdryer

Ma tkunx żgur l-ewwel darba li tasal il-lukanda jew fl-appartament fejn tkun se toqgħod matul il-vaganza tiegħek u ma ssibx waħda mill-aktar affarijiet essenzjali għal kull vjaġġ: il-hairdryer. Għalhekk, waħda mill-affarijiet li għandek tikkunsidra tieħu miegħek hija propju din. Ngħiduha kif inhi, anke meta jkun hemm hairdryer fil-lukanda, sakemm ma tmurx f’xi waħda ta’ erba’ jew ħames stilel, faċli ssib hairdryer tal-qamel li tagħmel xi sagħtejn biex tnixxiflek troffa. The Atrium għandhom diversi hairdryers differenti, uħud minnhom ta’ daqs iżgħar magħmulin apposta għall-ivvjaġġar.

Headphones

Speċjalment jekk il-vjaġġ tiegħek fuq l-ajruplan se jkun wieħed kemmxejn twil, huwa tajjeb li miegħek tieħu par headphones sabiex tkun tista’ tara jew xi film fuq it-tablet jew mobile, inkella tisma’ xi ftit mużika. Dejjem aħjar milli tisma’ l-inħir tar-raġel li se jkun hemm bilqiegħda ħdejk, jew il-biki tat-tifel li jisab żewġ fillieri warajk!

 

Organisers

Jekk inti tħobb tkun organizzat u l-bagalja tiegħek trid tqassamha b’tali mod li tkun taf kollox fejn qiegħed, mela kapaċi jkun ta’ benefiċċju għalik li tinvesti f’luggage organisers. Dawn jiġu f’diversi qisien differenti sabiex tkun tista’ tqassam eżatt kif għandek bżonn.

Vacuum Bag

Intant, jekk sejjer sa’ Sqallija u bi ħsiebek tagħmel xi xirja ħwejjeġ, mela aħsiblu wkoll għall-vacuum bags. Dawn tista’ timlihom bil-ħwejjeġ imbagħad tneħħilhom l-arja permezz tal-vacuum cleaner. B’dan il-mod, tagħmel aktar spazju fil-bagalja tiegħek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com