Xi ġralhom Kemmuna u Kemmunett?
Bħal-lum 6 ta’ Frar tal-1897, Kemmuna u Kemmunett kienu ġew iddikjarati bħala postijiet ta’ kwarantina għal mard infettiv.
Dan minħabba l-għadd kbir ta’ vapuri li kienu jżuru l-gżejjer tagħna. Għalhekk ir-regolamenti li kienu jgħoddu għall-isptar ta’ Lazzarett, li kien l-isptar tal-kwarantina, bdew jgħoddu wkoll għaż-żewġ gżejjer żgħar.
Ebda persuna ma setgħet tinżel fuq il-gżejjer jew tersaq sa 100 metru mingħajr il-permess tal-Kontrollatur tad-Dwana.
Il-Gvern ta’ dak iż-żmien, kien talab biex tittaffa xi ftit il-kwarantina imma riedu joqogħdu attenti għaliex il-poplu riedha din għax kif għadu llum, kien jibża’ mill-mard.