Xi jfissru ‘triggers’ għall-addict?
Triggers huwa dawk l-affarijiet, postijiet jew nies jew mumenti li lill-addict ifakkruh fid-drug of choice tiegħu. Jew fix-xorb. Jew fis-sess.
Addict li jkun qed jirkupra jrid jevita dawn biex jibqa’ clean.
Meta ngħidu affarijiet, dawn ikunu oġġetti bħal kuċċarina, foil jew lighter u oħrajn li l-addict ikun uża waqt l-użu tad-droga.
Postijiet jirreferu għal forsi xi kamra jew anke raħal, jew imkejjen oħra li fihom ikun uża.
Nies, jirreferu għal dawk li magħhom ikun ħa d-droga jew persuni relatati mal-użu.
Biex wieħed jibqa’ clean, irid jagħmel ħiltu biex dawn li semmejna jevitaħhom. Tajjeb li nitgħallmu flimkien biex ngħinu lil xulxin … speċjalment min għadu jsofri.
Infakkru, l-addiction hija marda. Huwa l-ewwel darba li tieħu għax trid, imma ġaladarba taħkmek, ma tkunx tista’ teħles minnha malajr.