X’inhuma l-benfiċċji li timxi ħafi?
Hemm min jgħidlek toqgħodx ħafi għax ħażin. Imma forsi din hija idea żbaljata.
Li timxi ħafi huwa fil-verità viċin in-natura tal-bniedem għaliex wara kollox, titwieled ħafi.
Uħud mill-benefiċċji huma:
- kontroll aħjar tal-pożizzjoni ta’ saqajk meta tmiss mal-art
- timmeljora l-bilanċ tiegħek u jkollok kuxjenza aħjar fuq ġismek
- tnaqqas l-uġiegħ minn daharek
- jgħinek fil-mod kif titfa’ pass wara l-ieħor
- isserraħ sieqek billi tkun arjuża u mhux f’żarbun
- issaħħa il-muskoli tal-mekkaniżmu f’saqajk
- telimina ħafna fungus li jitrabba
La tkun f’darek, billi toqgħod ħafi speċjalment fis-sajf ma hux ta’ ħsara imma kif qed taqraw, huwa ta’ benefiċċju kbir.