X’jitlob mill-Kattoliċi l-Erbgħa tal-Irmied?

 X’jitlob mill-Kattoliċi l-Erbgħa tal-Irmied?

Illum beda r-Randan; 40 jum li jwassluna sal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jitlob minna sawm, astinenza u talb.

Jitlob minna wkoll li ma niklux laħam għalkemm din maż-żmien ġiet dibatibbli. Jekk persuna ma tħobbx il-laħam u allura suppost ma tikolx laħam, ma jkun qed isir l-ebda sagrifiċċju. Tkun normali għall-persuna.

Tagħmel sens li inti tastjeni mill-ikel li tħobb u l-ħelu.

Is-sawm huwa meqjus ta’ importanza għall-persuna ta’ bejn it-18 u d-59 sena iżda mhux jekk persuna hija marida jew għandha xi bżonn partikolari li trid attenzjoni għal saħħitha. Huwa miltub li alemnu s-sawm isir imqar darbtejn; fl-erbgħa tal-irmied u nhar il-Ġimgħa Mqaddsa.

Madankollu, l-asstinenza hija mitluba mingħand kull min għandu ‘l fuq minn 14-il sena u għandha ssir fl-Erbgħa tal-Irmied, fil-Ġimgħa Mqadds u kull nhar ta’ ġimgħa matul ir-Randan kollu.

Bosta jkunu dawk li bħalissa jfakkru li s-sawm u astinenza m’għandhomx ikunu biss dawk tradizzjonali. Min irid jagħmilhom, ovvjament huwa fid-dritt li jagħmilhom u suppost anke dmir bħala Kattoliku. Imma jfakkru li f’dan il-jiem u jekk jista’ jkun dejjem għandna noqogħdu lura b’ilsienna, mill-ipokrezija, milli nweġġgħu lil xulxin … għax x’jiswa li ma tikolx ħelu u laħam u mbagħad tagħmel ħajjet ħaddieħor infern fuq l-art?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com