X’kien ġaralhom id-Dulli u Veronica waqt il-honeymoon?
- Tim Strada Rjali
- Monday, 5 February 2024, 14:14
- 0
Dalwaqt San Valentinu, u aħna ta’ Stradarjali ltqajna ma’ Joe Farrugia magħrug bħala d-Dulli u l-mara tiegħu Veronica, sabiex fost l-oħrajn, jgħidulna x’inhu s-sigriet tal-imħabba tagħhom!
Veronica u Joe ilhom miżżewġin 43 sena u meta tara kif illum il-ġurnata ħafna relazzjonijiet jintemmu ħesrem, ma tistax ma tistaqsix, kif irnexxielhom jaslu s’hawn! Joe ammetta li l-paċenzja hija xi ħaġa importanti f’relazzjoni, u anke li titgħallem fejn u meta għandek tgħalaq xi ftit ħalqek!
L-appell tagħhom għall-koppji, partikolarment żgħażagħ huwa li jafdaw lil xulxin u jifhmu li se jkun hemm bżonn li jagħmlu sagrifiċji għal xulxin. “Jekk m’hemmx dawk, tista’ żżarma,” insistiet Veronica.
X’qalulna Veronica u Joe dwar il-honeymoon?
Fost il-mistoqsijiet tagħna lil din il-koppja Maltija, staqsejnihom jekk kienx hemm xi storja partikolari li dejjem jiftakru fiha u jidħku dwara. Veronica marret lura għal dak li kien ġralhom fil-honeymoon!
Bejn daħka u oħra Veronica spjegat kif għall-honeymoon marru Ruma. Hi kien għad kellha biss 19-il sena, u bħal kull koppja fil-fjur tal-imħabba tagħha rħewla għall-kamra tas-sodda! Darba minnhom, f’nofs l-affari bdew jisimgħu n-nies iċapċpu, bħal donnhom qiegħdin fil-kamra magħhom. Fil-pront, irrealizzaw li kienu ħallew it-tieqa miftuħa beraħ, u magħha kienu nġabru diversi ammiraturi jgħajtu “ancora, ancora!”
L-istorja ħelwa ta’ kif iltaqgħu…
Veronica rrakkuntat ukoll l-istorja ta’ meta bdiet ir-relazzjoni tagħha ma’ Joe. Meta Joe kien wasal biex jgħalaq sninu, il-ħabiba tagħha ssuġġeritilha li tixtrilu kartolina, iżda Veronica bdiet tistħi. Allura din il-ħabib tagħha ddeċidiet li tixtrilha l-kartolina hi. Veronica għamlet il-kuraġġ u kitbiltlu messaġġ ċkejken fiha u din il-kartolina tat bidu għal relazzjoni twila bit-tlajja u l-inżul kollha tagħha, iżda li għadha b’saħħitha sal-ġurnata tal-lum.
Biex tara l-intervista sħiħa, klikkja hawn taħt 👇🏼