X’m’għandekx tagħmel meta tkun eċitat u entużjast ħafna?
Trid tieqaf u taħseb. Tibdhiex tgħid kliem bl-addoċċ fieragħ li mbagħad trid taffaċċja wara. Toqgħodx twiegħed l-ilma jiżfen u titlob ix-xogħol biex imbagħad issibu f’ħoġrok.
Jiġri li meta tkun ferħan ħafna għaliex ikun ġara xi ħaġa tant pożittiva, il-bniedem iħossu ewforiku li jibda jara kollox sabiħ. Dan eżatt kif jiġri meta tkun ħażin, u tibda tara kollox ikrah.
Tajjeb li nieqfu u naħsbu: Stop, Think and Act. Inkella, dak il-ferħ ta’ ftit ħin, ħa tbiddlu fi stress qawwi fit-tul.
Il-Malti jgħid: “Il-qattusa għaġġelija, friegħ għomja tagħmel!”