X’tgħid meta taqla’ ċitazzjoni?
Tgħid mhux xi grazzi. Ovvja li le. Imma tirrabja għaliex il-warden ma kienx ħanin? Jew tgħaraf l-għemil tiegħek u tgħid mea colpa.
Ħeqq, il-liġijiet qegħdin hemm biex issegwiehom. Hemm min jgħidlek, biex tiksirhom. 🙂
Imma apparti ċ-ċajt, jekk ikun hawn diżordni ma jgawdi ħadd. Huwa minnu li ġieli kemm ġbart xi ħaġa minn ħanut, toħroġ u ssib ċitazzjoni … imma skużi, x’jiġifieri? Ipparkja sew jew imxi.
Toħloqx kjass għal ta’ warajk, uża l-indicators, suq bil-mod, tidħolx toroq one way u pparkkja fejn suppost mhux li kien għalina kważi nidħlu fil-knisja bil-karozza b’kollox.
Min jaf kemm se taqlgħulna fuqu dan!!!