Xtrajt rigal lill-mara u … bejnietna, lill-maħbuba wkoll
Jum San Valentinu … imħabba, tgħannieq u bews. Imma dan l-imbierek jum spiss iġib xi ftit inkwiet.
“Xtrajt rigal lill-mara u lill-maħbuba, tgħid lil ħadd” Bħal-lum ikun hemm ħafna bħal din. Saret titqies normali. Kemm minn raġel għall-mara u viċe versa anke bejn koppji gay ukoll.
Imma dan juri li bniedem mhux fl-istint tiegħu li jkollu mħabba waħda biss? Tgħid hija ordni li nħolqot fl-antik nett u llum qed nindunaw li din ma treġix?
Kemm kartolini kienu jintbagħtu u bi żball tinduna bihom il-mara jew kontra. Kemm messaġġi jinkixfu bħal-lum.
Mamma mia moħħkom hemm. X’inkwiet! Aħjar għasfur f’idek, milli mija fl-ajru għax min jilgħab man-nar, jinħaraq.