X’valur għandu jkun ir-rigal tat-tooth fairy?

 X’valur għandu jkun ir-rigal tat-tooth fairy?

Il-folklor madwar id-dinja jirrakonta kif meta t-tfal jitilfu l-ewwel baby tooth għandhom iħalluha taħt l-imħadda u matul illejl, iżżurhom it-tooth fairy u tħallilhom rigal ta’ ħlas talli jkunu ħadu ħsieb snienhom, bojod u maħsulin dejjem.

Din maż-żmien ġiet inkorraġuta wkoll biex it-tfal jieħdu ħsieb snienhom.

Madanakollu, kemm għandu jkun il-valur tal-flus li jitpoġġew taħt l-imħadda? Smajna stejjer ta’ €20 u anke €50. Esaġerazzjoni?

Qed indarru lit-tfal li l-flus m’huma xejn, tant li għadek ċkejken irċevejt €50, mela la tikber x’se tagħmel meta tiġi anke biex tirċievi rigali oħra?

Naħsbu ftit fuqha din. Ma narawx kbir. Inżommu l-brejkijiet. Ma nkunux grandjużi. Mhux ta’ b’xejn il-Barokk baqa’ popolari magħna sal-lum f’Malta; għax il-Barokk kien stil ta’ karattru dejjem pompuż u a la grande. U hekk għadna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com