Zalzett, bajd, kobba suf … u tè

Imma kemm għandkom moħħkom maħmuġ? … waħħlu fina wkoll?
Qed nirreferu għal ħafna użanzi li daħlu mill-Ingliżi. L-english breakfast (bil-bajd u z-zalzett) hija ikla bnina li l-Ingliżi jibdew biha filgħodu. Aħna mhux daqshekk imdorrijin nagħmlu hekk jekk mhux qegħdin f’xi lukanda għall-mistrieħ. Iżjed inħobbu kafè, espresso – stil Taljan u ejja ħa mmorru. Il-kolazzjon jitqies bħala l-iżjed ikla importanti tal-ġurnata – hija l-petrol tal-magna (ġisem)
Il-kobba suf konna narawha forsi għand in-nanniet. Iħitu fuq xi siġġu għall-kwiet u jisimgħu r-radju. B’idejhom kienu jħitu ilbies għan-neputijiet, xi xall, kutri u mitt elf ħaġa oħra b’disinni sbieħ li mbagħad kienu jqassmuhom bħala rigali lil min ifettlilhom. “Ħa naħdem xall għal Mary ta’ ħdejna. Tapprezzah dik.”
It-tè wkoll daħal fostna minn drawwiet Ingliżi. L-Ingliżi malli jdoqqu l-4pm, ikun ifisser ħin it-tè u żewġ gallettini. Aħna konna kolonja Ingliża u ovvjament, din daħlet sew fostna. Hawn min ma jkunx irid jiekol imma jmut għal belgħa tè.
Fhimtuna issa?