10 raġunijiet għaliex nibqgħu niċċelebraw jum in-nisa

 10 raġunijiet għaliex nibqgħu niċċelebraw jum in-nisa

Ta’ kull sena, it-8 ta’ Marzu nużawh biex niċċelebraw lin-nisa u d-diversi avvenimenti li wassluhom sabiex illum il-ġurnata jkollhom id-drittijiet meritevoli li għandhom. Dan dejjem bil-għan li n-nisa jħossuhom verament ugwali fis-soċjetajiet madwar id-dinja.

Il-bidu ta’ din iċ-ċelebrazzjoni jmur lura għat-28 ta’ Frar 1909, meta l-gvern Amerikan ta’ dak iż-żmien ried juri sapport għan-nisa li kienu jaħdmu fl-industrija tat-tessuti u li ddeċidew li jagħmlu strajk. Din id-data mbagħad imxiet għat-8 ta’ Marzu u fl-1975 in-Nazzjonijiet Uniti għamluha uffiċjali.

Għalkemm ħafna jaħsbu li wasalna fi żmien fejn verament hawn ugwaljanza bejn is-sessi u saħansitra ssib min jgħidlek li dan il-jum m’għadx hawn bżonnu, għad hawn ħafna raġunijiet li jinsistu dwar l-importanza li dan il-jum jibqa’ jiġi ċċelebrat.

 

  1. Madwar id-dinja għad hawn tfajliet taħt l-età li jiġu sfurzati jiżżewġu kontra l-volontà tagħhom u fl-età ta’ inqas minn 15-il sena.
  2. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tgħid li waħda minn kull tliet nisa jesperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali.
  3. Skond studju li sar fl-2021 hemm bżonn 140 sena oħra sabiex fid-dinja tintlaħaq il-veru ugwaljanza.
  4. Huma biss 16% tal-premjijiet tal-Oscars li rebħu nisa matul id-95 sena li ilhom isiru.
  5. Aktar minn 180 miljun mara għad m’għandhomx aċċess għall-edukazzjoni.
  6. Għad hawn ħafna pajjiżi li ma jħallux lin-nisa jiftħu kont tal-bank f’isimhom.
  7. In-nisa għadhom oppressati u influwenzati biex ikunu x-xempju tas-sbuħija.
  8. Għalkemm in-nisa qed jidħlu aktar b’saħħithom fid-dinja tax-xogħol, għad m’hemmx bilanċ fejn jidħol nisa f’pożizzjonijiet ta’ poter meta kkumparati mal-irġiel.
  9. Għadek issib rġiel li jħossu li għandhom id-dritt jittantaw ix-xemx għaddejja qishom qatt ma raw dublett, u wħud anke jħossu li għandhom dritt imissu l-partijiet privati tan-nisa bla kunsens.
  10. Minkejja kollox ħafna rġiel għadhom jippretendu li anke jekk il-mara taħdem full time, ix-xogħol tad-dar u l-kura tat-tfal huwa biss xogħol il-mara.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com