7 raġunijiet għaliex darba f’ħajtek għandek iżżur iċ-Ċina
Jekk inti xi ftit avventuruż bħad-DJ Malti Joven Grech, magħruf bħala Tenishia, mela wieħed mill-pajjiżi li għandu jkollok fuq il-lista ta’ fejn trid iżżur huwa ċ-Ċina.
Nafu li huma diversi l-pajjiżi madwar id-dinja, u dawk kollha li jħobbu jivvjaġġaw, l-għan tagħhom huwa li jżuru kemm jista’ jkun minnhom. Il-vjaġġi jsiru aktar eċitanti meta wieħed joħroġ mill-kontinent u jara li jesperjenza kulturi u użanzi totalment differenti minn dawk fil-kontinent Ewropew. Iżda għaliex nemmnu li fost dawn il-pajjiżi għandek iżżur iċ-Ċina?
- Iċ-Ċina għandha waħda mill-aktar kulturi rikki fid-dinja – ibda minn lingwa li hija fost l-eqdem fid-dinja, arti marzjali bħal Kung Fu u Tai Chi oriġinaw hawn, il-lat kulinarju u t-tejiet differenti tagħha, kif ukoll il-mediċina, il-kaligrafija, l-opera u l-kostumi.
- Tospita wħud mill-wirt kulturali l-aktar antik fid-dinja – fosthom palazzi, il-Great Wall of China, tempji, buddha ġigantestiki u aktar.
- Għandha postijiet naturali li jħalluk bla nifs – wieħed jista’ jsib il-muntanji s-sofor, il-lag tal-qawsalla f’Jiuzhaigou, it-Tiger Leaping Gorg u l-plateau l-aktar għolja fid-dinja f’Tibet, fost oħrajn.
- L-ikel li tant huwa famuż mad-dinja kollha – infatti kull reġjun għandu platti tipiċi u uniċi u ssib li huma wkoll xi ftit differenti minn dawk li forsi tordna mir-restorants Maltin li jbigħu ikel Ċiniż!
- Iċ-Ċina hija d-dar tal-famuż panda – dak l-ors abjad u iswed, boċċu boċċu u kemmxejn imferfex se ssibu f’dan il-pajjiż u infatti tista’ anke tipparteċipa f’xi tours speċifiċi biex tiġi f’kuntatt ma’ dawn il-kreaturi.
- Vjaġġa minn post għall-ieħor permezz ta’ tren veloċi – inqas ħela ta’ ħin biex tmur minn post għall-ieħor.
- Żur il-belt ta’ Suzhou bħal Tenishia – imma forsi aħsibha darbtejn qabel ma tipprova tagħmel bħalu u tordna xi naqra tomato sauce minn xi restorant!