Aġġornat: Il-Famuża private tal-ajruport … sirna nafu għaliex!!!
F’artiklu li ħriġna fil-11 ta’ Marzu 2024 dwar il-famuża private tal-ajruport, ikkummentajna dwarha, u għidna hekk: “Għidu l-verità, ddejjaqkom din u ma tifilħux tagħmluha iżjed.
Madanakollu, sorsi fl-ajruport infurmawna li hemm raġunijiet varji għaliex issir din id-dawra bil-private.
Jista’ jkun minħabba riħ jew xita. Raġuni oħra kienu li hemm dawk li jgħidulhom ‘outer stands’ fejn jipparkjaw l-ajruplani u allura, avolja l-ajruplan ikun viċin ħafna tat-terminal, ma huwhiex permessibbli li timxi għax huwa riskju ta’ sigurtà. (safety risk)
Fil-verità, ma hemmx ħafna stands li huma meqjusin ‘walking stands’.
Staqsejna wkoll wasalx iż-żmien li jkollna t-tunnels li mill-ajruplan, toħroġ dirett għall-ajruport kif naraw barra minn xtutna.
Bl-infrastruttura tal-ajruport tagħna, ma jistax ikollna l-jet bridges (tunnels li timxi dirett) għaliex kieku l-livell tal-gates irid ikun sular ogħla u l-ajruplani jridu jipparkjaw ħdejn xulxin flok quddiem u wara.
Hekk issa nafu għalxhiex.