Bħal-lum ħafna snin ilu, f’Malta bdiet tinbena xi ħaġa speċjali….

 Bħal-lum ħafna snin ilu, f’Malta bdiet tinbena xi ħaġa speċjali….

Kien propju bħal-lum 28 ta’ Marzu tas-sena 1566, li fuq l-Għolja Sceberras tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-belt il-ġdid. Għall-bini tal-belt kienet ingħatat għajnuna minn rejiet barranin fosthom dawk ta’ Spanja, ta’ Franza u tal-Portugall.

Wieħed li ħadem ħafna biex jinġabru l-fondi kien il-Papa Piju V, li wara sar qaddis.

L-Ewwel ġebla kellha kitba fuqha li turi l-għan tal-belt il-ġdida li tiddefendi lil Malta u tpoġġiet mill-Gran Mastru Jean Parisot de Vallette li wera x-xewqa li din il-belt tissemma’ għalih.

Hija belt mibnija b’mod uniku; forma ta’ gradilja b’palazzi, u djar kbar li kellhom ukoll il-bjar għall-ilma, pjazez sbieħ u swar b’saħħithom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com