Bħal-Lum San Ġorġ Preca fforma l-M.U.S.E.U.M

Kien bħal-lum tas-sena 1907 meta Dun Ġorġ Preca, illum qaddis, kien ifforma s-Soċejtà tad-Duttrina Nisranija magħrufa bħala M.U.S.E.U.M.
Is-soċjetà hija magħmula minn irġiel u nisa lajċi li fil-ħin ħieles tagħhom jgħallmu d-duttrina nisranija lit-tfal.
Snin wara, din is-soċjetà ġiet approvata mill-Knisja.
Ta’ min jiftakar li fil-bidu, il-Knisja opponietlu bil-qawwa kollha.