Ċajt mis-Sagristija – “Ordnajt?” Araw x’wieġeb il-qassis!
Fil-ktieb Ċajt minn fuq l-Ambone ta’ Fr Martin Micallef (publikazzjoni ta’ KITE) hemm bosta stejjer ħelwin marbuta mas-Saċerdozju b’esperjenza diversi li jġiegħeluk titbissem.
Waħda minnhom tirrakonta hekk:
Xi sentejn qabel ordnajt saċerdot, jien u xi erba’ seminaristi konna inkarigati mill-ushering tal-ordinazzjoni saċerdotali li saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Wara li rajna li kulħadd kien sab postu u bdiet il-quddies, ħriġna nkiss inkiss u morna nieħdu kafè u żewġ pastizzi minn ħanut maġenb il-Kon-katidral. Kif poġġejt bilqiegħda ġie l-waiter u qalli: “Ordnajt?” Dak il-ħin qabeż seminarista ieħor u qallu: “Sentejn oħra!”
Tajba!