Caritas Run For Life – Caritas Malta ilha madwar 35 sena tikkumbatti mar-realtà tas-sustanzi

 Caritas Run For Life – Caritas Malta ilha madwar 35 sena tikkumbatti mar-realtà tas-sustanzi

Bil-kollaborazzjoni ta’ St Patrick’s Athletic Club, waqt konferenza li saret din il-ġimgħa, Caritas Malta ħabbret it-tieni edizzjoni ta’ Caritas Run For Life, li
daħlet fil-kalendarju ta’ Caritas bħala attività fiżika annwali.

It-tieni edizzjoni ta’ Caritas Run For life, se ssir fit-12 ta’ Mejju – ġirja jew mixja miċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas Ħaż-Żebbuġ u lura.

10 Km race – 5 Km race – 4Km mixja u 1Km race għal tfal bejn 6 u 9 snin u 2.5km race għal tfal bejn l-10 u t-13-il sena.

Caritas Malta temmen li fis-soċjetà, kulħadd, jiġifieri tfal, adolexxenti, żgħażagħ, adulti u anzjani għandu l-bżonn ta’ opportunitajiet fejn wieħed jesperjenza s-sabiħ li tgħix u tgħix il-ħajja sana ’l bogħod mis-sustanzi u dak
kollu li jfixkel lill-bniedem milli jgħix bid-dinjità sħiħa tiegħu.

Fil-ġurnata tal-lum ukoll naffaċċjaw ir-realtà tal-kannabis u l-kokaina bħala sustanzi li qed isiru iżjed komuni fis-soċjetà tagħna; laxkezza li tpoġġi żgħażagħ f’riskju u persuni li jsibu fid-droga aljenazzjoni u ħarba mil-ħajja.

Bħalissa hemm 58 resident li qed jagħmlu programm terapewtiku residenzjali f’xi waħda mid-djar ta’ Caritas Malta. Is-sena l-oħra ’l fuq minn 750 persuna resqu għall-għajnuna flimkien ma’ ’l fuq minn 550 persuna relatata ma’ xi ħadd b’użu problematiku ta’ droga. Barra l-għajnuna diretta l-prevenzjoni hi ħidma importanti u Caritas Run for Life hi parti mill-istrateġija ta’ prevenzjoni.

Titilfux din l-okkażjoni; Caritas Run For Life. Applikaw permezz tal-link http://www.caritasmalta.org/event/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com