“Dik issir biss meta jmut il-Papa”
Persuna li għandu għal qalbu l-kultura u t-tradizzjoni marbuta mal-festi u anke dik tal-Ġimgħa l-Kbira, kiteb li: “nixtieq niġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa li ilni ninnota ħafna. Il-bandiera tal-Papa mezza lasta ma ssirx. Dik issir biss meta jmut il-Papa.”
Saħaq dan hekk kif qrobna lejn il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira u naraw ħafna bnadar imtellgħin li jkunu mezza lasta, jiġifieri jittellgħu sa nofs l-arblu b’turija ta’ rispett lejn meta jmut xi ħadd; f’dan il-każ, tifkira tal-mewt ta’ Ġesù Kristu.
Spjega wkoll li s-skiet u l-ġara waqt li n-nies ikunu qed japprezzaw l-arti fil-wirjiet, jagħmel sabiħ u huwa importanti biex ilkoll nidħlu fi spirtu ta’ ġabra kif jitolbu dawn il-ġranet.
Għandu punti tajbin. X’taħsbu?