Facebook Malti tad-dwejjaq? … kritika, qrid u polemiċi biss?
Allaħares il-facebook huwa uman. Għax kieku jgħid “ Dan x’hawn hawnhekk? Kollox ħażin għandu dan il-poplu u f’din il-gżira?”
Qed ngħidu hekk għaliex tiġini l-mistoqsija f’moħħna: “Jista’ jkun li aħna nużawh ħażin il-facebook?” Litteralment, ma hemm xejn li jiddefenixxi kif tużah, għax kulħadd huwa liberu li jagħmel li jħoss.
Imma ħlief polemiċi, inkwiet, tgħajjir u piki mhux ikun hemm. Mill-banda l-oħra, issib ukoll ħafna ftaħir … bħal donnu li x-xemx telgħet mal-persuna u mnalla kien hu jew hi li għamlu li għamlu.
Hemm pożittiv mela ma hemmx. U dan ngħarfuh ukoll.
Nisħqu dan ukoll, għaliex tinnota li meta tmur f’pajjiż waqt btala, il-facebook itellgħalek nies tal-pajjiż u tara ordni iżjed matura ta’ posts pożittivi. Il-kritika ssir fejn għandha ssir b’channels apposta anke fuq facebook stess.
Imma lura f’Malta, anke jekk ajruport rebaħ premju ta’ wieħed mill-aqwa fl-Ewropa, trid tidħol il-politika. Dlonk, jibda t-tgħajjir.
Ma tgħajjewx?