“… ġejt avviċinat minn koppja li għandhom tifla b’marda terminali …” – Patri George Micallef

 “… ġejt avviċinat minn koppja li għandhom tifla b’marda terminali …” – Patri George Micallef

“Illejla ġejt avviċinat minn koppja li għandhom tifla marida b’ marda terminali. Il-missier u l-omm kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba l-mument li għaddejjin minnu u li jenħtieġ ukoll li jieħdu ħsieb 2 t’itfal oħra li għalkemm huma b’saħħithom, ukoll għandhom il-bżonnijiet tagħhom.”, kiteb Patri George Micallef li jappartjeni għall-Ordni Franġiskana, fuq il-midja soċjali tiegħu.

Spjega kif dawn jinsabu f’diffikulta finanzjarja kbira u li dan huwa każ ġenwin fejn ivverifika l-fatti kollha “għax kieku ma kontx nikteb dan il-post.”

Appella biex “Jekk hemm xi ħadd jixtieq li jgħin lil din il-familja f’ dan il-mument partikolari b’ mod finanzjarju, nitolbu jikkuntatjani privatament. Għal din il-familja bħalissa kull qatra tgħodd. Il-Mulej iħallas lura kif jaf hu, il-ġenerożità tagħna.” Hekk temm Patri Micallef.

Inħeġġukom tkunu ħanina ma’ min hu fil-bżonn. Dak hu l-veru spirtu Kattoliku anke f’dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com