Għad fadal xi ħadd kapaċi jsuq hawn Malta?

Jekk inti ma tkunx persuna nervuża minnek, malli ġġib il-liċenzja u tibda ssuq fit-toroq Maltin, iġibuk nervuża. Min jaqleb il-lane bl-addoċċ mingħajr ma jixgħel l-indicator, min iqalleb fuq il-mowbajl u jirriskja inċident kull ħames minuti, ma tiġix darba li noħorġu bil-karozza u nħossuna rilassati!
Qatt iltaqajtu ma’ xi wieħed minn dawn?
- Dak tal-vann l-abjad li jaħseb li għax għandu vann kbir, it-triq hija tiegħu
- Dik li taqbad u toħroġ mis-side road mingħajr l-ebda konsiderazzjoni jekk hix ġejja karozza jew le
- Dak li moħħu biex jaqbeż it-traffiku jagħmel żigżag minn lane għall-oħra.
- Dik li lanqas tinduna li t-traffic lights daru ħodor għax intefgħet tqalleb Facebook fuq il-mowbajl.
- Dak tal-mutur li jiġi jipprova jaqbżek min-naħa tax-xellug u mbagħad igerger għax ma tindunax bih.
- Dik li waqfet tixtri l-ħobż m’għand tal-grocer u tħalli l-karozza double parked fi triq traffikuża.