Għandek xi waħda minn dawn il-vizzji?
Forsi vizzjijiet tinstema’ kerha. Ejja ngħidulhom drawwiet. Għax huma xi ħaġa li jsiru spiss. Kultant vizzju nassoċċjawh ma’ xi ħaġa negattiva. Dawn li ġejjin huma ħelwin.
- li nżommu saqajna taħt il-friex. Meta konna tfal kienu jgħidulna ‘isa isa għax ġej il-monstru ta’ taħt is-sodda.’
- nittawlu jekk hemmx xi ħadd wara l-purtiera tad-doċċa. Kollha ħabba l-films tal-biża’ din.
- inkantaw fil-kamra tal-banju. Inħossuna l-aqwa artisti. U mela. Nieħdu ftit pjaċir waħedna għala le?!
- inħażżu fuq xi pitazz waqt li qegħdin fuq it-telefon. Bil-mobiles forsi naqset din.
- nitkellmu mal-oġġetti. Dan jiġri anke meta jinkisrilna xi ħaġa ‘miskina nkisret il-mejda. xi ġralha e?” Qisu nistennewha tkellimna.
- nerġgħu nipproċessaw argument li jkollna u naħsbu jekk tkellimnhiex tajjeb jew stajna użajna kliem aħjar.
- tbaxxi r-radju tiegħek għax ikun ġara xi ħaġa xi mkien. Bħal donnu ħa jisimgħuk li għandek ir-radju miftuħ.
- inxommu kollox; minn ktieb sa subgħajna.
- nagħmlu l-volum fuq iż-żewġ (even number) – superstizzjoni
- ngħannqu lilna nfusna. Inkunu kuntenti b’li nwettqu. Ħaqqna.
Sbieħ u ħelwin.