Għandek xi waħda minn dawn il-vizzji?

 Għandek xi waħda minn dawn il-vizzji?

Forsi vizzjijiet tinstema’ kerha. Ejja ngħidulhom drawwiet. Għax huma xi ħaġa li jsiru spiss. Kultant vizzju nassoċċjawh ma’ xi ħaġa negattiva. Dawn li ġejjin huma ħelwin.

  1. li nżommu saqajna taħt il-friex. Meta konna tfal kienu jgħidulna ‘isa isa għax ġej il-monstru ta’ taħt is-sodda.’
  2. nittawlu jekk hemmx xi ħadd wara l-purtiera tad-doċċa. Kollha ħabba l-films tal-biża’ din.
  3. inkantaw fil-kamra tal-banju. Inħossuna l-aqwa artisti. U mela. Nieħdu ftit pjaċir waħedna għala le?!
  4. inħażżu fuq xi pitazz waqt li qegħdin fuq it-telefon. Bil-mobiles forsi naqset din.
  5. nitkellmu mal-oġġetti. Dan jiġri anke meta jinkisrilna xi ħaġa ‘miskina nkisret il-mejda. xi ġralha e?” Qisu nistennewha tkellimna.
  6. nerġgħu nipproċessaw argument li jkollna u naħsbu jekk tkellimnhiex tajjeb jew stajna użajna kliem aħjar.
  7. tbaxxi r-radju tiegħek għax ikun ġara xi ħaġa xi mkien. Bħal donnu ħa jisimgħuk li għandek ir-radju miftuħ.
  8. inxommu kollox; minn ktieb sa subgħajna.
  9. nagħmlu l-volum fuq iż-żewġ (even number) – superstizzjoni
  10. ngħannqu lilna nfusna. Inkunu kuntenti b’li nwettqu. Ħaqqna.

Sbieħ u ħelwin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com