Għandkom esperjenza tal-Junior College tal-Imsida?
Min jaf kemm studenti daħlu u ħarġu minn hemmhekk. Min jaf kemm laħqu kbarat. Min jaf kemm esperjenzi.
Ġ.F. Abela Junior College, li huma iżjed magħruf bħala l- Junior College huwa kulleġġ ta’ studju avvanzat biex jipprepara lill-istudenti għall-matrikola qabel imorru jkomplu l-istudji fl-Università.
Twaqqaf fl-1995 mill-Università ta’ Malta stess u ssemma għall-istoriku kbir Malti tas-seklu 17, Giovanni Francesco Abela.
Hawnhekk l-istudenti jagħżlu suġġetti li forsi jtuhom il-ħjiel ta’ xi jridu jagħmlu wara s-sentejn f’dan il-kulleġġ. Peress li huwa parti mill-Università nnifisha, l-istudenti jibdew jieħdu l-idea ta’ xi jkun ġej f’din l-istituzzjoni jekk imorru fiha.
Jitgħallmu wkoll bosta suġġetti differenti minn dawn li jkunu mgħallma fis-sekondarja u hawn jitwieldu wkoll għaqdiet, karattri u talenti li maż-żmien, nisimgħu bihom.
Il-Junior College għandu binja moderna għaż-żmien li fih inbena; bejn l-1962 u l-1966 fejn kien magħruf bħala l-poly technic. Id-disinn sar minn Victor Anasatasi.
Hawn jibda wkoll l-ewwel namur propju.
Għidulna l-esperjenzi tagħkom.