Ġieli għent lil xi ħadd, laħaq iżjed minnek u nsiek?

 Ġieli għent lil xi ħadd, laħaq iżjed minnek u nsiek?

Uuuu kemm tiġri din. Tkun għent persuna, jilħqu u javvanzaw, u bil-kemm ma jdawrux wiċċhom malli jilmħuk.

Imma x’tagħmel?! Li tista’ tagħmel huwa li titgħallem tagħraf il-limitu tiegħek. Mhux ma tgħinx, imma sa fejn tgħin.

Billi ma taqbiżx il-limitu tiegħek, ma titkissirx inti, ma titlifx opportunitajiet għalik biex tlaħħaq ma’ xogħol ħaddieħor, billi tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek mhux tinfaqa’ bil-qadi ta’ dik u tal-oħra u tiegħek twarrabhom, u billi tħalli ħin għalik.

Hekk ma jiddispjaċikx, anke jekk jinsewk. Tgħid miegħek innifsek, li int għamilt il-parti tiegħek, għent, u ma tistenna xejn qatt.

Jekk tesaġera, se jiddispjaċik bilfors. Għax mhux talli jinsewk, talli tkun tlift ħafna mill-ħin prezzjuż li għandek fil-ħajja waħda li qed tgħix li stajt użajtu anke sempliċiment biex tistrieħ u tgawdi ħinek.

Bla dubju, mhux kulħadd jagħmel hekk, imma iva, hawn ħafna li jaġixxu hekk.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com