“… ġurija tal-ħabba gozz” – Bosta jirreaġixxu mal-pubblikazzjoni tar-riżultati tas-semi finali ta’ Mużika Mużika

 “… ġurija tal-ħabba gozz” – Bosta jirreaġixxu mal-pubblikazzjoni tar-riżultati tas-semi finali ta’ Mużika Mużika

Ilbieraħ Festivals Malta ippubblikat ir-riżultati tas-semi finali tal-festival tal-kanzunetta Maltija Mużika Mużika.

Ħafna kienu dawk li għaddew il-kummenti tagħhom, fosthom il-kantanti li b’mod indirett kitbu li dejjem ikun hemm mitt bniedem, u allura, mitt fehma.

Bla dubju, in-nies għamlu l-istess.

“Kollox huwa suġġettiv, skont lil min tinzerta…”

“kanzunetta li jixraqilha aħjar…”

“ġurija tal-ħabba gozz…”

Dawn u oħrajn kienu fost il-kummenti. Imma nistaqsu, dan huwa żball kif nirreaġixxu? Xi ħadd irid jiġi l-ewwel u xi ħadd bilfors se jiġi l-aħħar, anke jekk tal-aħħar tkun kanunzetta mill-isbaħ għax fil-verità, ma kienx hemm kanzunetta li tgħidilha kerha … li tkun parti minn dan il-festival prestiġġjuż diġà huwa unur kbir, irridu nirbħu bilfors?

Qed nirraġunaw ħażin? X’taħsbu intom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com