Ħoss għaddej jew skiet perfett biex torqdu?

 Ħoss għaddej jew skiet perfett biex torqdu?

Hawn diversi persuni li jekk ma jkunx hemm skiet perfett ma jirnexxielhomx jgħaqlu għajn m’għajn. Sal-inqas ħoss jisimgħuh u anke jekk ikunu waslu fil-punt fejn jibdew jonħru, mal-inqas ħoss li jagħmel dak tal-appartament ta’ fuqhom terġa’ tara għajnejhom jinfetħu beraħ.

Iżda hemm ukoll persuni oħra li jekk ma jkollomx xi ħoss għaddej ma jirnexxilhomx jorqdu daqshekk faċilment. Hawn min jgħid li r-raġuni għal dan hija li l-ħsejjes jgħinuhom itarrxu ftit il-ħsibijiet li jibdew ġejjin fil-ħinijiet meta wieħed qed jipprova jorqod.

Fost il-ħsejjes li jużaw dawn il-persuni hemm dawk magħrufin bħala “white noise” jiġifieri diversi frekwenzi jindaqqu flimkien permezz ta’ makkinarju speċjali. Għal xi wħud, dan il-white noise huwa wisq qawwi u jippreferu minflok jużaw il-”pink noise”. Il-pink noise juża frekwenzi għoljin u baxxi flimkien u joħloq ħoss inqas aħrax.

Apparti minn hekk, hawn min juża mużika, il-ħoss ta’ xi fann jew l-air conditioner, filwaqt li hemm min ukoll juża ħsejjes tan-natura, bħal ħsejjes ta’ xi xmara jew annimali f’foresta trankwilla, fost oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com