Huwa minnu li l-fakultajiet li magħhom tagħmel PHD jtuk ‘hard time’?

Din tinstema’ tidwi spiss. Tingħad u nafu b’eżempji li ġraw. Jingħad li l-professuri li jkunu qed jarawk li int qed tagħmel phd jew dottorat u tkun wasalt biex iġġibha, jagħmluhielek diffiċli lejn l-aħħar li kważi kważi jekk ma tkunx fighter, taqta’ qalbek u tirrikorri biex taċċetta li tieqaf b’ M.Phil.
“Għax jibżgħu li se toħdilhom posthom jew li se tilħaq il-livell tagħhom!”, qaltilna persuna.
Huwa minnu dan?
Dan qed iwassal biex nies jippreferu li jagħmlu phd ma’ università barranija flok Malta?
Din is-sena kien hemm rekord ta’ 66 gradwat f’livell ta’ PHD jew Dottorat. Imma jista’ jkun hemm iżjed? Se nieqfu mar-rekord?