Id-dinja kollha mitluba titfi d-dawl għal siegħa nhar is-Sibt

 Id-dinja kollha mitluba titfi d-dawl għal siegħa nhar is-Sibt

Nhar is-Sibt, il-popolazzjoni umana madwar id-dinja kollha se tkun qed tintalab tipparteċipa fl-avveniment magħruf bħala Earth Hour. Dan ifisser, li nhar it-23 ta’ Marzu kull persuna qed tintalab titfi d-dawl kollu għal siegħa bejn it-8:30pm u d-9:30pm.

Grazzi għal dawk kollha li pparteċipaw is-sena li għaddiet, id-dinja ġiet salvata minn 410,000 siegħa ta’ dawl. B’kollox kien hemm persuni minn 190 pajjiż differenti li pparteċipaw f’dan l-avveniment.

Dan l-avveniment ilu jsir ta’ kull sena mill-2007, u jirrappreżenta simbolu kolletiv favur il-pjaneta tagħna. L-għan huwa li kulħadd jiftakar fl-importanza li nipproteġu d-dinja u n-natura tagħha sabiex tibqa’ b’saħħitha biżżejjed biex tospitana fiha.

L-għan ta’ din is-sena huwa li jinqabeż l-ammont ta’ sigħat salvati tas-sena li għaddiet. Inti se tkun qed tipparteċipa?

Jekk trid issir taf aktar dwar Earth Hour, għafas hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com