Il-benefiċċji li hemm jekk tħobb tiekol iċ-ċikkulata
Tħaxxen? Iva, imma kollox iħaxxen jekk titħanżer. Jekk tibbilanċja, kollox fih il-benefiċċju tiegħu.
Dawn huma wħud mill-benefiċċji jekk inti tħobb iċ-ċikkulata:
- Iżżid is-saħħa tal-qalb. Ċikkulata b’moderazzjoni tgħin li tnaqqas il-pressjoni fid-demm u anke tevitalek il-puplesiji
- tibbilanċjalek is-sistema immunitarja. L-ingredjenti taċ-ċikkulata jiġġieldu ċ-ċelloli l-ħżiena.
- tgħinek kontra d-dijabete. Iva, sewwa smajtu. Diment li hemm bilanċ, tgħinek, għaliex tuża l-insulina f’ġismek b’mod tajjeb.
- il-moħħ jiffunzjona aħjar. L-iżjed, iċ-ċikkulata skura. Tgħin biex id-demm jgħaddi aħjar għaċ-ċelloli tal-moħħ.
- tagħti enerġija. Ħafna huma dawk l-atleti li jieħdu ċikkulata qabel xi maratona għaliex fiha ingredjenti li jgħinuk tirbaħ l-intensività meta jkunu qed jisfurzaw ġisimhom.
- tnaqqas l-itress. Din l-aqwa waħda. naħseb ġieli ħadtu xi ċikkulata favorita tagħkom, u tħossukom il-ġenna. Tajba wisq.
Basta ma nesaġerawx. Iż-żejjed bħan-nieqes dejjem.