Il-ġiżi – il-fjuri tar-Randan – ifuħu mmens

 Il-ġiżi – il-fjuri tar-Randan – ifuħu mmens

Il-ġiżi … xi fwieħa. Ma jgħoddux għal kulħadd speċjalment minn ibati bil-hay fever (reazzjoni għall-pollen tal-fjuri) minħabba li jkunu jfuħu ħafna ħafna li jfweħulek dar sħiħa.

Mill-banda l-oħra, issib min jiġġennen għal din ir-riħa. Huma fjuri sbieħ. Hemm ġiżi singlu jew doppju. Hemm il-kuluri vjola, roża, bojod, u vjola fl-aħmar.

Hemm ukoll il-ġiżi ta’ Malta. Tafu?

Din hija x-xitla li tista tikber f’arbuxell żgħir u tibqa’ ħajja minn sena għall-oħra u hija endemika għall-gżejjer Maltin.

Il-weraq tagħha huma ħodor fil-griż u jkunu bellusin. Ikollha anke zokk iebes.

Il-fjuri tal-ġiżi Malti huma ta’ kulur vjola u jiftħu bejn Marzu u Mejju. B’hekk jiġu eżatt ma’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa u ħadu din il-konotazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com