Il-Malti ġellied?

 Il-Malti ġellied?

“Jekk ma nilgħabx inħassar!” Frażi li nisimgħuha tingħad spiss. U tgħodd f’kull faxxa tas-soċjetà. Imma huwa minnu dan?

Dan l-aħħar fuq il-midja soċjali rajna ġlieda fejn intużaw saħansitra l-imqadef bejn żewġ timijiet fir-regatta tal-ħelsien … xeni li jsewdulek qalbek anke għall-fatt, li dan kien avveniment sportiv.

Isewdulek qalbek iżjed anke minħabba li kien hemm it-tfal abbord apparti li min jaf kemm rawh nies. Għax ovvjament, in-negattiv jinxtered u l-pożittiv jintefa.

Imma hija fin-natura tagħna l-Maltin li taqbżilna u nitilfu r-raġuni? Ma nafux nirrikorru għal djalogu flok ġlied? Hija xi ħaġa Mediterranja din u mhux aħna biss hekk? Imma fl-aħħar mill-aħħar, għandna nikkunslaw li mhux aħna biss hekk?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com