Imniedi l-programm tar-Rebbiegħa f’Għawdex
Ftit tal-jiem ilu, ġie mniedi l-programm Spring Time in Gozo 2024, programm kulturali varjat li se jkun mifrux fuq sitt ġimgħat u li se jolqot il-gosti tal-familja kollha.
Uħud mill-attivitajiet li se jiġu organizzati bħala parti minn dan il-programm jinkludu Science in the Citadel, il-kunċert Memorji, l-Opra La Bohème, Lejl Imkebbes u l-Malta International Fireworks Festival Gozo Special, fost attivitajiet oħra.
“Il-kalendarju kulturali mżewwaq b’diversi avvenimenti f’Għawdex jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta Maltin, turisti kif ukoll nies tal-lokal. L-għan tagħna huwa li nagħtu valur miżjud lil dawk kollha li jżuru Għawdex, kemm min jiġi għall-mistrieħ mal-familja jew mal-ħbieb kif ukoll dawk li jiġu għax-xogħol,” qal il-Ministru Camilleri.
Bla dubju, Għawdex huwa dejjem ideali li żżuru, iżjed u iżjed fir-Rebbiegħa meta n-natura tifjorixxi, b’din il-gżira għadha toffri spettaklu naturali mill-isbaħ.
Mhux biss inżuruh f’xi festa, karnival jew fis-sajf, imma anke fir-Rebbiegħa, Għawdex jaf ikun il-mekka tagħna għall-mistrieħ.
Niftakru wkoll li Għawdex kapaċi joffri l-palat uniku tiegħu, il-kultura tiegħu u l-uniċità li fih. Tajjeb li ngawduh mal-familja u l-ħbieb filwaqt li nieħdu ħsieb dejjem l-ambjent.
Ma ninsewx li dak li għandna issa, irridu ngħadduh lil ta’ warajna.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq is-sit
jew jaċċessa l-programm minn