In-nies għal kollox se jgħidu fuqek. Tagħtix kas, mexxi

 In-nies għal kollox se jgħidu fuqek. Tagħtix kas, mexxi

Din hija s-soċjetà tagħna u b’mod partikolari l-ħajja ta’ fuq l-internet u n-netwerks soċjali. In-nies dejjem se jkollhom xi ħaġa xi jgħidu.

  1. Min jaħdem 11 -il siegħa kuljum jew iżjed: m’għandux ħajja.
  2. Min jaħdem 6 sigħat biss: m’hu se jkollu xejn fil-ħajja.
  3. Min jirrispetta u juri affezzjoni lill-partner: qisu dublett!
  4. Min ma jaħdimx: Għażżien
  5. Min jieħu sehem fil-knisja: antikwat!
  6. Min għadu jgħix mal-ġenituri tiegħu: irid jgħix ħajja faċli u li jsib kollox lest.
  7. Min għandu 2 impjiegi: X’għandek bżonn?! X’inti kelb għax-xogħol!
  8. Int intraprenditur: jisfrutta lin-nies
  9. Impjegat: Qed jisfruttawk.
  10. Tħallas il-kera: qed tarmi flusek!
  11. Xtrajt dar: għandek sal-pensjoni tħallas id-dejn! L-imgħax huwa kbir!
  12. Għandek karozza ġdida: x’ħela ta’ flus! Taf kemm jinżel il-valur tagħha?! Dik silġa!
  13. M’għandekx karozza: kemm inti redikolu! Ixtri waħda.
  14. Għandkom 4 t’itfal?: Kif tlaħqu? Kif titmahom?
  15. Jekk tivvjaġġa: dejjem jixxala u jaħli l-flus!
  16. Jekk ma tivvjaġġax: ma tgawdix il-ħajja.
  17. Jekk tibqa’ d-dar u ma toħroġx: xi dwejjaq ta’ ħajja!
  18. Jekk toħroġ kull tmiem il-ġimgħa: ħajtek vojta! Materjalista wisq!
  19. Tħobb twaddab ir-ritratt fuq Facebook: tħobb tiġbed l-attenzjoni.
  20. Ma ttella’ xejn fuq Facebook: żgur qed jagħmel xi ħaġa ħażina.
  21. Single: Ħadd ma jridha. Karattru diffiċli żgur.
  22. F’relazzjoni: ejja naraw kemm se jdum! Dak ma jsaddad ma’ ħadd!
  23. Oħxon: Dan għandu problemi ta’ saħħa jew se jkollu illum jew għada.
  24. Irqiq għuda: Dan għandu problemi ta’ saħħa jew se jkollu illum jew għada.
  25. Għandek it-tattoos: kiesaħ u mhux tal-affari tiegħu.
  26. M’għandekx tpinġija: moħħ magħluq u antik.
  27. Int miżżewweġ: x’fettilek? Daqs dawn seperazzjoniet kuljum!
  28. Mhux miżżewweġ: tibża’ mill-commitment!
  29. Għandek it-Tfal: Kemm trid li jkollok? Responsabbiltà u kedet kbar dawk! Qas tibqa’ tgħix!
  30. M’għandekx tfal: egoiżmu!
  31. M’għandekx tfal: għandek 30?!? X’qed tistenna biex tagħmel it-tfal?!? L-arloġġ bijoloġiku qed itektek ġmielu! It-tfal tajjeb li ġġibhom meta tkun żgħir għax trid ħafna enerġija għalihom!

Għalhekk, sakemm tkun komdu miegħek innifsek, mhux qed tagħmel ħsara lil ħadd u f’paċi mal-kuxjenza tiegħek…..MEXXI!!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com