Ir-rabta tal-bajd mal-Għid … tafu x’inhi?

 Ir-rabta tal-bajd mal-Għid … tafu x’inhi?

Illum il-bajd tal-Għid huwa ħelu tradizzjonali li jingħata bħala rigal fil-Ħadd li fih niċċelebraw l-Irxoxt. Ġieli jkun b’sorpriża fih. Imma kont taf li l-oriġini tiegħu huwa reliġjuż u jmur lura ħafna snin. Hekk għadu wkoll sal-lum fil-Knisja tal-Lvant.

Fil-fatt, sal-lum, l-Ortodossi u l-Kattoliċi tar-Rit Grieg jew Biżantin għadhom iqassmu l-bajd ta’ veru iebes li jkun ukoll impitter aħmar u ġieli mżejjen b’xi disinn jew is-sinjal tas-salib fuqu.

Dan għandu simbolu ta’ ħajja ġdida u l-kulur aħmar jissimbolizza d-demm ta’ Kristu.

Għar-Rumani, l-Eġizzjani, il-Persjani u qawwiet oħra, il-bajda dejjem kienet is-simbolu ta’ ħajja ġdida fir-rebbiegħa.

Mat-tixrid tal-Kristjaneżmu, il-bajda ma baqgħetx simbolu tar-Rebbiegħa imma saret is-simbolu tal-ħajja l-ġdida fi Kristu Rxoxt. Dan is-simboliżmu malajr inxtered fost l-Insara tal-Lvant.

Interessanti hux?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com