Is-serenità tal-Imtarfa – Reġjun Tramuntana

 Is-serenità tal-Imtarfa – Reġjun Tramuntana

L-Imtarfa tifforma parti mir-Reġjun Tramuntana. Fil-perjodu Ruman, l-Imtarfa kienet is-subborg ta’ Melite; li kienet il-belt l-antika fis-sit flok l-Imdina u kellha wkoll tempju lil Prosperina. Il-fdalijiet tiegħu tkissru fis-sekli 17 u 18 u l-ġebel reġa’ ntuża għall-bini.
Fl-1890, il-militar Ingliż beda jibni l-barracks fl-Imtarfa, u kisser ħafna mill-fdalijiet Rumani. Ħafna minn dawn il-barrack saru djar tan-nies li għadhom jgħixu fihom sal-lum.

Fl-Imtarfa nsibu wkoll kappella ħelwa ddedikata lil Santa Luċija li tmur lura għall-1460 u li għadha eżistenti sal-lum.
Imponenti u sabiħ huwa l-arloġġ tal-Imtarfa kif inhu anke magħruf, li sar fl-1895 u li ġie rrestawrat s-sena li għaddiet 2023.

Lura fl-istorja matul il-perjodu tal-Ingliżi f’Malta, inbena wkoll sptar navali matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u li maż-żmien, inbidel fi skola sekondarja msemmija għal Sir Temi Zammit. Wara l-ewwel gwerra dinjija, inbniet il-Kappella ta’ San Oswald.
L-Imtarfa ħadet xejra ta’ akkwata militari, tant li fi żmienna, beda jsir l-avveniment popolari Military Mtarfa li jiġbed ħafna nies. Il-veduti minn dan il-post huwa meravilja u spettakolari.

Il-Parroċċ twaqqfet fis-sena 2004 u hija ddedikata lil Santa Luċija. L-aħħar li kienet irrekordjata l-popolazzjoni tal-Imtarfa, lura fl-2019, din kienet tammonta għal 2,615 persuna.

Il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa huwa ffurmat mis-Sindku Kyle Mifsud, il-Viċi Sindku Marika Sammut Dimech u l-Kunsilliera Daniel Attard, Simon Fenech u Christianne Mifsud.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com